Coronavirus Lokali Saħħa

Każ wieħed ġdid, tnejn jirkupraw

Fl-aħħar sigħat f’pajjiżna kellna każ wieħed ġdid ta’ Coronavirus, dan wara li saru ftit aktar minn 800 test. Il-każijiet attivi issa niżlu għal 9 dan hekk kif sa nofsinhar tal-Ħamis irkupraw żewġ persuni oħra.

Il-każ il-ġdid li nstab ma jafux minn fejn ġie u ma kellux sintomi.

It-total ta’ każijiet pożittivi li kellna f’pajjiżna huwa ta’ 674, bit-total ta’ persuni li fiequ minn din l-imxija huwa ta’ 656.

L-indikazzjonjiet li l-virus għadu fostna qed ikomplu jippersistu dan hekk kif l-Erbgħa fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Saħħa ġie mxerred ritratt biex jappella lill-pubbliku jilbes il-maskri fil-ħwienet…

Intant….it-tmexxija ta’ San Vinċenz de Paule ħabbret li minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju se jinfetħu l-bibien tas-swali ta’ San Vinċenz għall-viżitaturi bl-appuntament.

Iż-żjarat se jsiru bejn l-10.30am u 12.00pm u bejn l-4.00pm u s-7.00pm, u jridu jsiru bl-appuntament mal-Customer Care ta’ San Vinċenz.

Fi stqarrija, intqal li din id-deċiżjoni ttieħedet għaliex s-sitwazzjoni tal-Covid-19 fis-swali ġiet ikkontrollata b’mod effettiv. Intqal ukoll li l-operat li bih se jitmexxew dawn iż-żjarat mill-qraba u l-ħbieb tal-anzjani ġie diskuss u maqbul mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.