Lokali

“Konvint li se nasal” – Adrian Delia

“Il-gvern irid jaċċerta li tal-inqas nieqfu nħallsu. Naraw min kien involut, min ħa l-flus u nġibuhom lura.” Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta fil-programm ‘Xtra Sajf’ fuq l-istazzjon nazzjonali, tkellem dwar il-kundanna tal-NAO għad-deal tal-isptarijiet.

B’mod konvinċenti, Adrian Delia ddikjara li se jibqa’ jiġġieled biex dak li hu tal-Maltin u l-Għawdxin jingħata lura lill-poplu. Hu saħaq li din il-kawża għamilha waħdi u se jasal.”

Il-Kap tal-PN saħaq li l-politiċi laburisti qed jiħdulna  kwart ta’ miljun kuljum ghall-isptarijiet. Hu fakkar kif qabel ma ħareġ it-tender tal-isptarijiet, il-gvern kien diġa għamel ħbieb u kkonfoffa ma’ Vitals. Tender ta’ 2000 miljun – 90 miljun fis sena – kwart ta’ miljun kuljum biex ma tawna assulutament xejn lura. Adrian Delia saħaq li il-kumpanija Vitals kienet għadha kemm bdiet teżisti, il-Gvern ma rax x’esperjenza kellha u taha t-tmexxija tal-isptarijiet taghna. Hu staqsa kemm minn dawn il-kwart ta’ miljun kuljum kienu jmorri b’risq il-familji Maltin u Għawdxin kieku mhux għand Vitals u Steward.

Waqt dan il-programm, Adrian Delia kien mistoqsi fuq l-allegazzjonijiet riċenti li ħarġu fil-media fejn saħaq li talab il-pulizija tinvestiga kif ċertu informazzjoni li suppost tinsab sigrieta għand il-pulizija ssib ruhha fuq gazzetta. Dwar dan issa hemm inkjesta Magisterjali għaddejja. Hu ddikjara li qatt irceva flus mgħand Yorgen Fenech. “Jien minn għand ebda persuna fin-negozju ma aċċettajt li nkun rikattat jew influwenzat”, kompla l-Kap tal-PN. Adrian Delia tkellem ukoll dwar il-fatt li l-mobile ta’ Yorgen Fenech jinsab għand il-pulizija u jekk hemm chats li rridu naraw huma bejn Fenech u Keith Schembri.

Intant, mistqosi dwar il-futur tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal; “Jien ir-responsabiltà tiegħi erfajtha dejjem għall-ġid tal-poplu. Jien nibqa’ kap tal-partit sakemm ma nħossx li t-tesserati tal-PN għandhom fiduċja fijja.”