F’konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni fic-Centenary Hall, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ddikjara Devis Mangia iddikjara li l-bieb tat-tim nazzjonali Malti huwa miftuħ għal kull plejer Malti. Mangia qal li l-għażliet tiegħu kienu kollha bbażati fuq għażliet tekniċi u wara analiżi tal-logħbiet li huma raw.
Il-kowċ Taljan tkellem dwar il-plejers Luke Gambin u Rowen Muscat. Gambin ġie eskluż minħabba li jinsab imweġgħa filwat li Muscat wieġeb li xtaq jissieħeb mat-tim nazzjonali aktar tard minħabba raġunijiet personali, bil-kowċ ma jaċċettax.
Mangia kien mistoqsi dwar l-għażla ta’ Enrico Pepe, Amadou Samb u Mario Fontanella, hu wieġeb li fil-futur jekk ikun hemm opportunità ta’ plejers oħra barranin li jkunu eleġibbli li jilagħbu mat-tim nazzjonali hu se jikkunsidrahom. Il-kowċ tat-tim nazzjonali naqas milli jiżvela xi formazzjoni u x’ sistema se jkun qiegħed jagħzel għal-logħob li ġej.
“Agħtu ċans liż-żgħażagħ fl-iskwadra” – Andrei Agius
Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll Andrei Agius, l-aktar plejer fl-iskwadra ta’ 31 b’esperjenza. Agius qal li taħt it-tmexxija ta’ Mangia, l-attitudni nbidlet filwaqt li għamel enfażi fuq l-importanza liż-żgħażagħ li hem fi ħdan l-iskwadra jiġu mogħtija ċ-ċans. Agius kompla li l-plejers li jilbsu l-flokk tat-tim nazzjonali Malti jridu iħossuhom kburin li qed jirrapreżentaw lil pajjiżhom.
Fi tmiem il-konferenza ġie preżentat ukoll l-istaff tekniku li se jkun qiegħed jgħin lil Devis Mangia, Davide Mazzotta u Gulliermo Giacomazzi se jkunu l-kowċis assistenti, Francesco Zanasi u Luca Pagani bħala kowċis fiżiċi u Mario Capece bħala kowċ tal-gowlkipers. L-ewwel impenn doippju tat-tim nazzjonali Malti se jkun f’Torshavn fil-partita valida mill-UEFA Nations Legue kontra l-Gżejjer Faroe u f’pajjiżna kontra l-Latvja.
//= $special ?>