Real Betis ħatru lil Manuel Pelligrini bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom minflok Rubi li tkeċċa x-xahar li għadda wara li Betis naqsu milli jirbħu fl-ewwel tliet partiti minn meta rritorna l-La Liga.
Pelligrini li ffirma kuntratt ta’ tliet snin huwa l-eks kowċ ta’ Real Madrid, Manchester City, Villareal u Malaga. L-aħħar tim li mexxa kien West Ham fil-Premier League fejn tkeċċa wara sensiela ta’ riżultati negattivi. Fil-preżent Real Betis jinsabu fit-tlettax –il post b’41 punt, 12 –il punt ‘il bogħod miż-żona relegazzjoni.
//= $special ?>