Coronavirus Internazzjonali

TOKJO: Rekord ta’ każi f’ġurnata waħda

Il-Gvern Ġappuniz jinsab taħt pressjoni wara żidiet sinifikanti fin-numri marbuta mal-Covid-19. Dan fid-dawl tal-fatt li fi tmiem il-ġimgħa, se jerġgħu jiftħu l-istadiums (b’mod ristrett) għal numru ta’ spettaturi, fosthom għal-logħob tal-futbol u l-baseball.

F’Tokjo fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 220 persuna li ttestjaw pożittivi – l-akbar numru minn mindu faqqghet il-pandemija. Għalkemm l-ufficjali tas-saħħa fil-pajjiż qed jgħidu li dan ir-rekord hu dovut għall-ammont kbir ta’ testijiet li qed isiru.

Apparti is-sitwazzjoni fir-regjun Ażjatiku, hemm tħassib ukoll dwar dak li qed iseħħ fil-kontinent Awstraljan. Il-belt ta’ Melbourne daħlet uffiċjalment f’lockdown – it-toroq mill-ġdid vojta, u r-ristoranti jistgħu jservu biss ikel takeaway.