Bournemouth kisbu punt importanti fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni meta f’darhom ġew draw kontra Tottenham 0-0. Minkejja n-numru ta’ azzjonijiet fl-ewwel taqsima, iż-żewġ timijiet naqsu milli jiftħu l-iskor. It-tim ta’ Eddie Howe ħaseb li fetaħ l-iskor fit-89 minuta permezz ta’ Callum Wilson, bir-referee jiddeċiedi li jħassar il-gowl minħabba li l-ballun deher jaħbat ma’ idejn Joshua King. Bir-referee jagħti 12 –il minuta fuq il-ħin regolamentari, Bournemouth reġgħu resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-93 minuta meta Harry Wilson ra lil Lloris isalvalu konklużjoni mill-viċin.
F’Goodison Park, Everton u Southampton spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Southampton kellhom iċ-ċans li jiftħu l-iskor wara 28 minuta meta Andre Gomes deher iwaqqa lil James Ward-Prowse fil-kaxxa bir-referee jordna penalty li minn ħdax –il metru l-istess plejer laqgħat il-lasta. Ftit minuti wara DANNY INGS fetaħ l-iskor għal Southampton, b’Everton iġibu d-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wara cross tajjeb ta’ Lucas Digne, kien RICHARLISON li tefa’ fix-xibka.
//= $special ?>