It-Tnejn li ġej, Manchester City se jkunu jafu d-destin tagħhom jekk l-appell kontra s-sospensjoni ta’ sentejn mill-futbol Ewropew hux se jintlaqa’ jew le. City appellaw fil-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport wara li ġew sospiżi fi Frar li għadda.
Il-Bord tal-Kontrolli Finanzjarji tal-Klabbs tal-UEFA wasal għad-deċiżjoni li l-klabb kiser serjament ir-regolamenti tal-Financial Fair Play bejn l-2012 u l-2016. Huma kienu mmultati wkoll €30 miljun.
Manchester City kienu urew l-intenzjoni tagħhom li jappellaw. Huma jemmnu li l-Bord tal-UEFA ma kienx independenti u ma kienx leali hekk kif ammont ta’ informazzjoni sigrieta kienet imxerrda fil-media.
L-appell beda f’Ġunju u s-smigħ sar minn tliet avukati tal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport waqt video conferences privati. Sakemm ma ddurx id-deċiżjoni, Manchester City mhux se jipparteċipaw fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej u lanqas fil-UEFA Super Cup jekk jirbħu l-kompetizzjoni f’dan l-istaġun.
//= $special ?>