Kif tħabbar ilbieraħ minn Net News, minn kmieni dalgħodu komplew il-laqgħat il-qed imexxi l-President George Vella ma’ numru ta’ Deputati Parlamentari.
Il-laqgħat komplew eżatt wara impenn li kellu l-President kmieni dalgħodu fil-Belt Valletta, u se jibqgħu għaddejin sa tard wara nofsinhar.
Dan il-proċess beda wara li lbieraħ id-deputati Chris Said u Claudette Buttigieg marru għand il-President tar-Repubblika bil-proposta li qed issir minn grupp ta’ Membri Parlamentari sabiex Adrian Delia jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni.
Fl-istess jum kien hemm ukoll laqgħa bejn il-Kap tal-PN Adrian Delia u l-istess President.
//= $special ?>