Il-Covid-19 mhux taħt kontroll, u s-sitwazzjoni qed tmur għall-agħar.
Din hija stqarrija tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li wissiet li fl-aħħar sitt ġimgħat, in-numru ta’ każi tal-virus madwar id-dinji irdoppja.
Id-Direttur Ġenerali tad-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-firxa tal-virus mhux turi sinjali ta’ tnaqqis, l-aktar fl-Istati Unit, il-Brażil u l-Indja, fejn il-każijiet qed ikomplu jiżdiedu b’rata allarmanti.
Hu spjega kif mhux kull pajjiż kien kapaċi jrażżan l-imxija tal-virus. It-tħassib ta’ Ghebreyesus jiġi fl-isfond tal-fatt li l-portijiet ta’ ħafna pajjiżi issa huma miftuħa u li fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi mhux qed ikun hemm obbligu ta’ kwarantina għal min qed jivvjaġġa.
//= $special ?>