Żewġ persuni oħra jfiqu mill-Coronavirus fl-aħħar 24 siegħa. Min-naħa l-oħra, ma kien irrappurtat l-ebda każ ġdid fuq l-istess żmien.
Hekk kif saru 775 swab tests, in-numru ta’ każi attivi kompla jinżel u issa jinsab fil-livell ta’ 7.
In-numru totali ta’ każi minn meta feġġet l-ewwel infezzjoni baqa’ ta’ 674. In-numru ta’ nies li fiequ tela’ għal 658.
Dawn iċ-ċifri ħarġu fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa.
B’kollox saru kważi 105,700 swab test minn meta feġġet il-pandemija f’pajjiżna f’Marzu li għadda.
Din il-ġimgħa tħabbar li minn nhar it-Tnejn se jinfetħu mill-ġdid il-bibien tas-swali ta’ San Vinċenz għall-viżitaturi – żjarat li jridu jsiru bl-appuntament mal-Customer Care.
Biex imbagħad jumejn wara, l-Ajruport Internazzjonali se jinfetaħ lejn kull destinazzjoni.
//= $special ?>