Lokali

Il-President jesprimi dubji dwar jekk jistax jappunta Kap tal-Oppożizzjoni li mhux Kap tal-Partit Nazzjonalista

Ritratt: Martin Agius

Is-sit Lovin Malta qed jirrapporta li l-President George Vella tkellem ma xi deputati u qallhom li mhux ċar jekk Kostituzjonalment jistax jappunta Kap ġdid tal-Oppożizzjoni li mhuwiex il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Skont dan is-sit, Vella qal li l-Kostituzzjoni hija ċara u tagħtih il-jedd li jneħħi lil Adrian Delia min Kap tal-Oppożizzjoni jekk dan ma jkunx għadu jgawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tad-Deputati tiegħu.

Madankollu mhux ċar jekk tagħtihx ukoll il-poter li jappunta Deputat ieħor minfloku. Il-Kostituzzjoni ta’ Malta ma tispeċifikax jekk il-President għandux ineħħi l-Kap tal-Oppożizzjoni billi jappunta Deputat ieħor minfloku.