Raġel li sawwat Tuneżin li kien fis-sakra u li għoddu qatlu wara party tal-Karnival ġie lliberat li kkawżalu feriti gravi fuq il-bażi ta’ ‘self defence’.
Shaun Demicoli kien qed jiġi akkużat li weġġa’ gravi lit-Tuneżin Riadh Mrad u li poġġa ħajtu f’periklu ċar billi sawwat b’mod sever, liema nċident seħħ
f’Birżebbuġa fl-2014
Mrad iddikjara fil-Qorti li kienqed jaqla’ bil-ponn fis-sider u mbagħad fil-wiċċ, waqt li hu kien fuq l-art. Demicoli qed ikun akkużat li kkaġunalu feriti gravi b’daqqiet ta’ sikkina.
Il-vittma li dak iż-żmien kellu 31 sena kien instab mitluf minn sensih fuq bankina f’Birżebbuġa. It-Tuneżin li jgħix Marsaxlokk, u għamel żmien jingħata l-kura u kien ukoll f’kundizzjoni kritika.
L-organizzaturi qalu fil-Qorti li Mrad, li ma kienx mistieden fil-party, iżda xorta li stieden ruħu b’idejh, kien xi ftit xurban. Huwa kien ġie ordnat biex joħroġ il-barra, u qal mara li kienet fil-post ‘Se nxufek’. Huwa kien qal ukoll xi ħaġa lis-sieħba ta’ Demicoli u hawn faqqa’ argument. Mrad sar aggressiv u anke mbuttat mara.
Waħda mill-mistednin fil-party xehdet li tliet barranin kienu daħlu fil-post u wieħed minnhom ipprova jkellem lis-sieħba ta” Demicoli. Hekk kif deher li argument kien se jiskala, daħal raġel Għarbi li possibilment kien fis-sakra, u avviċina l-grupp u qabad lil Demicoli u beda jiġbdu minn għonqu.
Ir-raġel Għarbi, aktar tard identifikat bħala Mrad, kien irreżista t-tentattivi biex jitkeċċa mill-post, qal ix-xhud, iżda eventwalment ġie mkeċċi mill-post.
Aktar tard dik il-lejla, hekk kif Demicoli kien qed jipprova joħroġ mill-post, huwa sab lil Mrad jistennih fil-bieb. Mrad tah daqqa ta’ ponn u mbagħad ġie mbuttat mal-art minn Demicoli.
Mrad beda jgħajjat “inxufek, inxufek” waqt li Demicoli middu mal-art, qal ix-xhud. Daqqa waħda biss kienet mogħtija minn Demicoli u spallatu qal ix-xhud.
L-Ispettur Carol Fabri xehed li wasal għall-konklużjoni li Demicoli kien weġġa lil Mrad, u dan mill-filmati tas-CCTV. Mrad kien qatta xi jiem fil-kura intensiva u kien tkellem biss mill-pulizija wara diversi xhur, f’liema żmien ma setax jiftakar dak li ġara.
Mrad kien fil-periklu li jmut f’mument u bħala riżultat, Demicoli kien oriġinarjament ġie akkużat b’attentat ta’ qtil, għalkemm l-AG ma speċifikatx dan ir-reat fin-nota tiegħu.
L-akkużat kien xehed li huwa kien imbutta lit-Tuneżin wara li dan kien qabdu mill-għonq minn wara. L-organizzaturi tal-festin kienu qabdu lit-Tuneżin u ħaduh barra, qal, u żied li r-raġel kien qed jinstema jikkawża disturb qawwi anke mit-taraġ.
Huwa qal li meta kie wasal biex jitlaq, it-Tuneħion immedjatament tah daqqa ta’ ponn f’wiċċu. “F’dak il-mument, meta qlajt daqqa ta’ ponn, ħsibt li kont imdawwar.”
Huwa sostna li beda jitqabad ma’ Mrad biex jiddefendi lilu nnifsu, lil martu u bintu. Ħabib tiegħu kien ħadu l bogħod, u staqsieh jekk kienx kolox sew u imbagħad ħadu lejn il-karozza tiegħu. Il-pulizija kienu kellmuh xi tliet ijiem wara.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, li quddiemha nstema’ l-każ osservat li l-filmati tas-CCTV li kien hemm ” ma kien ċari xejn” u għalhekk kellha toqgħod fuq il-provi l-oħra.
Ġie nnotat li Mrad kien fis-sakra u rrabbjat u kien stenna lill-akkużat barra, wara li ġie mkeċċi mill-party. Ġie nnotat ukoll li għalkemm Mrad kien xehed, huwa ma setax jiftakar dak li kien ġara u ma ċaħadx xi waħda mid-dikjarazzjonijiet li saru dwaru.
Wara li wettqet analiżi fil-fond tal-provi, il-Qorti qalet li fehmet id-dinamika tal-inċident u kienet tal-fehma li f’dan il-każ kien hemm provokazzjoni min-naħa tal-vittma u reazzjoni ta’ awto-difiża leġittima fuq parti mill-akkużat.
Irriżulta li l-akkużat mar lil hinn mil-limiti tal-awtodifiża leġittima u kien kważi qatel Mrad, li kien fis-sakra u inqas kapaċi jirreżisti. Il-ġrieħi tar-raġel urew li r-reazzjoni ma kinitx proporzjonata mal-provokazzjoni, minħabba li l-akkużat baqa jsawwat lil Mrad anke meta kien qiegħed mal-art. “Fil-verità, il-vittma kien ixxurtjat li kien jidher mal-art fit-triq għax kieku dan ma ġarax, il-probabbiltà hija li kien ikun mejjet.”
I
żda proviżo fil-liġi tiddikjara li eċċess ta’ ‘self defence’ huwa skużabbli jekk jitwettaq minħabba biża’ ‘, qalet il-Qorti, li qalet ukoll li dan kien il-każ hawnhekk. Għal din ir-raġuni, l-akkużat inħeles mill-akkużi kollha. L-Avukati Arthur Azzopardi u Jason Grima deheru għall-akkużat.
.