Manchester City jilagħbu kontra Juventus jew Olympique Lyon mal-aħħar tmienja tal-UEFA Champions League jekk jirnexxilhom jeliminaw lil Real Madrid. It-tim ta’ Pep Guardiola rebaħ l-ewwel leg 2-1 fi Estadio Santiago Bernabeu fi Frar li għadda.
Chelsea għandhom missjoni diffiċli biex fl-Allianz Arena jdawru telfa ta’ 3-0 u għalhekk Bayern Munich jibdew il-favoriti biex jilagħbu kontra Barcelona jew Napoli mal-aħħar tmienja.
Leipzig li diġà jinsabu fil-kwarti tal-finali għall-ewwel darba se jiltaqgħu kontra Atletico Madrid, bit-tnejn ġejjin minn kwalifikazzjoni kontra Tottenham u Liverpool rispettivament. Atalanta li wkoll jinsabu mal-aħħar tmienja għall-ewwel darba, telgħu biex jilagħbu kontra ċ-champions Franċiżi Paris Saint-Germain.
Il-Ħamis, il-UEFA ħabbret li li l-kumplament tal-logħbiet tal-aħħar sittax se jintlagħbu bil-bibien magħluqa fis-7 u t-8 ta’ Awwissu. Il-kwarti tal-finali se jintlagħbu bejn it-12 u l-15 ta’ Awwissu, is-semifinali skedati għat-18 u d-19 ta’ Awwissu filwaqt li l-finali tintlagħab f’Estadio da Luz. Il-logħbiet kollha mistennija se jintlagħbu fil-kapitali Portugiża Lisbona.
Logħbiet li fadal mill-aħħar 16
Manchester City v Real Madrid (l-ewwel leg: 2-1)
Bayern Munich v Chelsea (l-ewwel leg: 3-0)
Barcelona v Napoli (l-ewwel leg: 1-1)
Juventus v Olympique Lyon (l-ewwel leg: 0-1)
Kwarti tal-finali
R. Madrid/Man City v O. Lyon v Juventus
Leipzig v A. Madrid
Napoli/Barcelona v Chelsea/B. Munich
Atalanta v PSG
Semifinali
R. Madrid/Man City/O. Lyon/Juventus v Napoli/Barcelona/Chelsea/B. Munich
Leipzig/A. Madrid v Atalanta/PSG
//= $special ?>