It-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena kompla bit-taħriġ tiegħu hekk kif il-Ħadd li għadda rritornaw għat-taħriġ wara l-waqfa twila minħabba l-Covid-19. Il-programm ta’ taħrip jintemm il-Ħadd 19 ta’ Lulju.
Il-kowċ nazzjonali Silvio Vella qed jagħmel l-evalwazzjoni ta’ skwadra kbira ta’ 30 plejer li sejjaħ. Din hi opportunità għalih u l-istaff tekniku biex isegwu liż-żgħażagħ aktar mill-qrib speċjalment mill-aspett fiżiku, fi programm ta’ taħriġ impenjattiv.
Il-pandemija waqqfet il-futbol lokali u internazzjonali u b’hekk ħalliet effett fuq il-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. Iż-żewġ logħbiet f’pajjiżna kontra l-Ukrajna u l-Finlandja ġew posposti minn Marzu għal Novembru.
Qabel dawn il-logħbiet, iż-żgħażagħ Maltin jilagħbu kontra l-Irlanda ta’ Fuq u r-Rumanija fl-4 u t-8 ta’ Settembru rispettivament. Imbagħad f’Ottubru, Malta tilgħab kontra d-Danimarka fid-9 ta’ Ottubru qabel impenn fir-Rumanija erbat ijiem wara.
Il-logħbiet li fadal tat-tim Malti minn Grupp 8
4 ta’ Settembru Malta v Irlanda ta’ Fuq
8 ta’ Settembru Malta v Rumanija
9 ta’ Ottubru Malta v Danimarka
13 ta’ Ottubru Rumanija v Malta
13 ta’ Novembru Malta v Ukrajna
17 ta’ Novembru Malta v Finlandja
Skwadra ta’ 30 plejer
Gowlkipers: Andreas Vella (Santa Lucia), Timothy Aquilina (Sliema Wanderers), Amara Sylla (Birkirkara), Cain Formosa (San Ġwann)
Difensuri: Gary Camilleri (Balzan), Conor Zammit (Hibernians), Dejan Debono (Senglea Athletic), James Scicluna (Pietà Hotspurs), Darren Borg (Ħamrun Spartans), Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta), Christian Gauci (San Ġwann), Nicholas Pulis (Valletta), Carlo Zammit Lonardelli (Zrinjski)
Midfielders: Adam Magri Overend (Santa Lucia), Christian Sammut (Pietà Hotspurs), Neil Frendo (Balzan), Jamie Zerafa (Santa Lucia), David Xuereb (Hibernians), Marcus Grima (Balzan), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Adam Bradshaw (Balzan), Jan Busuttil (Floriana), Jan Tanti (Senglea Athletic), Nevin Portelli (Tarxien Rainbows), Ayrton Attard (Hibernians)
Attakkanti: Aidan Friggieri (Gudja United), Andrei Spiteri (Senglea Athletic), Omar Elouni (Sliema Wanderers), Zachary Brincat (Mosta), Alex Satariano (Sliema Wanderers)
//= $special ?>