Futbol Sport

Manchester United u Inter se jevitaw lil xulxin jekk jgħaddu mal-aħħar tmienja tal-Europa League

(Ritratt: EPA)

Manchester United u Inter evitaw lil xulxin fil-kwarti tal-finali tal-Europa League, jekk iż-żewġ timijiet jikkwalifikaw mill-aħħar 16. Ir-Red Devils rebħu l-ewwel leg kontra LASK 5-0 filwaqt li Inter se jilagħbu logħba biss kontra Getafe wara li l-ewwel leg ma ntlagħbitx minħabba l-coronavirus.

Għall-istess raġuni, id-dwell bejn Sevilla u Roma se jkun deċiż fuq logħba waħda, bir-rebbieħ jilgħab kontra Wolves jew Olympiakos. Dwell interessanti mal-aħħar tmienja se jkun ir-rebbieħ bejn Inter u Getafe kontra Bayer Leverkusen jew Rangers.

Il-logħbiet tal-aħħar 16 jintlagħbu bejn il-5 u s-6 ta’ Awwissu. Il-kwarti tal-finali jintlagħbu bejn l-10 u l-11 ta’ Awwissu u s-semifinali jintlagħbu bejn is-16 u s-17 ta’ Awwissu. Il-finali hi skedata li tintlagħab fil-21 ta’ Awwissu f’Cologne.

L-aħħar 16

Man United v LASK (l-ewwel leg: 5-0), Wolves v Olympiakos (l-ewwel leg: 1-1), B. Leverkusen v Rangers (l-ewwel leg: 3-1), Copenhagen v I. Basaksehir (l-ewwel leg: 0-1), Basel v E. Frankfurt (l-ewwel leg: 3-0), S. Donetsk v Wolfsburg (l-ewwel leg: 2-1), Inter v Getafe (logħba waħda), Sevilla v Roma (logħba waħda)

Kwarti tal-finali

S. Donetsk/Wolfsburg v Basel/E. Frankfurt

Man United/LASK v Copenhagen/I. Basaksehir

Inter/Getafe v B. Leverkusen/Rangers

Wolves/Olympiakos v Sevilla/Roma

Semifinali

Wolves/Olympiakos/Sevilla/Roma v Man United/LASK/Copenhagen/I. Basaksehir

S. Donetsk/Wolfsburg/Basel/E. Frankfurt v Inter/Getafe/B. Leverkusen/Rangers