“Sibna l-Petrus imma tlifna l-Memorandum of Understanding. Dan hu totalment inaċċettabbli. Jekk Robert Abela jemmen li li-kuntratt huwa vvizzjat, għandu jħassru minnufih”.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia bi tweġiba għall dak li qal aktar kmieni l-Prim Ministru Robert Abela lill-ġurnalisti li staqsewh dwar il-kuntratt tal-Vitals.
Abela dalgħodu qal li l-Memorandun of Understanding li l-Gvern kien iffirma mal-Vitals Global Healthcare ma jistax jinstab.
Delia minn naħa tiegħu qal li filwaqt li sibna l-inbid li Muscat qala’ f’għeluq sninu, tlifna l-MOU li ffirma l-Gvern stess u li permezz tiegħu ta l-isptarijiet tal-Maltin.
Robert Abela dalgħodu qal li kien talab kopja tal-ftehim wara li l-NAO qal li ħadd mill-Gvern ma kien kapaċi jtih kopja tiegħu waqt li kien qed jinvestiga d-deal skandaluż.
//= $special ?>