Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija għamel referenza għall-istqarrija ta’ numru ta’ deputati li sal-lum mhux magħrufa.
Is-sottomissjonijiet legali appositi diġa’ saru minnu stess mal-President innifsu fuq stedina tiegħu u ma jidhirlux li huwa xieraq li waqt li l-istess President qiegħed jiddelibera dwar materja tant sensittiva, għandu jintilef f’dibattitu pubbliku meta l-istess deputati lanqas biss avviċinawh dwar dan.
Mill-banda l-oħra għal darb’oħra jirrijafferma l-lealta’ tiegħu lejn it-tesserati u l-osservanza sħiħa lejn l-istatut tal-partit filwaqt li jibqa’ leali lejn il-ġurament tal-ħatra Kostituzzjonali tiegħu f’kull ħin.
Jibqa’ jaħdem bla waqfien għal pajjiżna u għal kull Malti u Għawdxi mingħajr biża’ jew influenza u b’kuxjenza nadifa.
//= $special ?>