Formula 1 Sport

Verstappen fuq quddiem fit-tieni sessjoni ta’ prattika

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen temm it-tieni sessjoni ta’ prattika fuq quddiem. L-Olandiż qabeż lil Valtteri Bottas ta’ Mercedes b’distakk miżeru ta’ 0.043 ta’ sekonda filwaqt li segwew Sergio Perez u Lance Stroll ta’ Racing Point.

Carlos Sainz ta’ McLaren spiċċa l-ħames filwaqt li ċ-champion tad-dinja Lewis Hamilton spiċċa fis-sitt post. Is-sewwieq ta’ Mercedes ilmenta mill-bilanċ fil-karozza tiegħu kif ukoll l-aktar dawra veloċi. Daniel Ricciardo ta’ Renault kellu ħabta kerha fid-disa’ kantuniera.

Lando Norris ta’ McLaren għamel it-tmien l-aktar ħin veloċi minħabba wkoll uġigħ f’daru, filwaqt li ngħata penalità ta’ tliet postijiet minħabba li ma naqqasx il-veloċità taħt il-bandiera s-safra fl-ewwel sessjoni. Charles Leclerc kien l-aktar sewwieq veloċi għal Ferrari iżda spiċċa fid-disa’ post hekk kif il-karozza qed tiġi żviluppata biex ittejjeb fuq il-prestazzjoni tal-ġimgħa li għaddiet.

It-timijiet kienu qed jippruvaw aktar mis-soltu fis-sessjoni hekk kif hemm ċans żgħir li l-pożizzjoni fit-tieni sessjoni ta’ prattika, tkun determinanti għat-tellieqa ta’ għada minħabba x-xita li mistennija tagħmel għada waranofsinhar. Din hi l-ewwel darba fl-istorja tal-Formula 1 li ċirkwit ospita żewġ tlielaq fi staġun wieħed. It-tlielaq ta’ dan l-avveniment hu msemmi għar-reġjun fejn jinsab iċ-ċirkwit ta’ Red Bull Ring.

Kif spiċċaw l-ewwel sessjoni: 1. Sergio Perez (1:04.867), 2. Max Verstappen (+0.096s), 3. Valtteri Bottas (+0.222s), 4. Lewis Hamilton (+0.253s), 5. Lance Stroll (+0.529s), 6. Alexander Albon (+0.616s), 7. Carlos Sainz  (+0.735s), 8. Pierre Gasly (+0.831s), 9. Daniel Ricciardo (+0.902s), 10. Sebastian Vettel (+0.903s), 11. Daniil Kvyat (+0.948s), 12. Charles Leclerc (+0.970s), 13. Esteban Ocon (+1.007s), 14. Lando Norris (+1.041s), 15. Kimi Räikkönen (+1.574s), 16. Romain Grosjean (+1.579s), 17. Jack Aitken (+1.901s), 18. Robert Kubica (+1.930s), 19. Nicholas Latifi (+4.731s), 20. Kevin Magnussen     /

Kif spiċċaw it-tieni sessjoni: 1. Max Verstappen (1:03.660), 2. Valtteri Bottas (+0.043s), 3. Sergio Perez (+0.217s), 4. Lance Stroll (+0.581s), 5. Carlos Sainz (+0.673s), 6. Lewis Hamilton (+0.688s), 7. Alexander Albon (+0.777s), 8. Lando Norris (+0.881s), 9. Charles Leclerc (+1.046s), 10. Esteban Ocon (+1.086s), 11. Pierre Gasly (+1.097s), 12. Daniil Kvyat (+1.390s), 13. Kimi Räikkönen (+1.492s), 14. Antonio Giovinazzi (+1.705s), 15. George Russell (+1.928s), 16. Sebastian Vettel (+1.953s), 17. Nicholas Latifi (+1.995s), 18. Kevin Magnussen (+2.130s), 19. Romain Grosjean (+2.436s), 20. Daniel Ricciardo  /