Coronavirus Internazzjonali

Appell biex kulħadd imur lura għax-xogħol

Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson wissa li regoli iktar stretti dwar l-użu tal-maskri protettivi jistgħu jidħlu fis-seħħ hekk kif appella lin-nies li jaħdmu mid-dar biex imorru lura għax-xogħol. Hu saħaq li jixtieq li kulħadd jibda’ jirritornaw għall-ħajja normali.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern Ingliż issa jeħtieġ li jkun iktar strett fuq l-użu tal-maskri fi spazji ristretti bħal ħwienet. Fiflatt, Johnson innifsu fl-aħħar sigħat deher liebes maskra protettiva għall-ewwel darba meta żar numru ta’ ħwienet.

Dawn l-aħħar żviluppi mir-Renju Unit waslu wara li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wissiet li l-virus għadu fostna.