Ħafna jieklu l-ġelati b’mod speċjali f’leqqel tas-Sajf, iżda wħud mill-prodotti qed jitneħħew mis-suq filwaqt li l-pubbliku qed jintalab ma jikkunsmahomx hekk kif hemm il-possibiltà ta’ biċċiet tal-plastik fil-ġelat.
Dan ħareġ minn avviż tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika li jgħid li ġelati tad-ditta ‘Smiles’ ta’ kaxxi ta’ żewġ litri m’għandhomx jiġu kkunsmati.
It-togħomiet huma tal-Vanilla, Chocolate, Dessert Ripple, Nocciola, Strawberry, u Strawberry Ripple, bil-lottijiet u d-dati ta’ durabbiltà minima kollha sa, imma eskluż it-13 ta’ Jannar 2022 u d-dati ta’ wara.
Jekk wieħed ikkunsma dawn il-prodotti u għandu bżonn xi informazzjoni dwar dan jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru 2133 7333.
//= $special ?>

