Żagħżugħ ta’ 17-il sena miet f’attakk minn kelb il-baħar waqt li kien f’Wooli Beach f’South Wales.
Iż-żagħżugħ ingidem diversi drabi f’saqajh għall-ħabta tas-2.30pm, ħin lokali.
Għadd ta’ persuni marru biex jgħinuh u tellawh fuq l-art għall-għajnuna. Minkejja li minnufih bdew jgħatuh CPR, sfortunatament hu miet fuq il-post qabel biss laħaq wasal tim mediku biex jassistih.
Ġimgħa ilu, raġel ta’ 20 sena miet bl-istess tip ta’ attakk f’bajja ‘l barra minn Queensland state, fl-Awstralja. Dan l-attakk seħħ ftit ‘il bogħod mill-attakk li kien seħħ minn kelb il-baħar fuq raġel ieħor ta’ 23 sena f’April li għadda.
Diver ta’ 57 sena inqatel f’Jannar li għadda fil-Punent tal-Awstralja u anzjan ta’ 60 sena f’Kingscliff f’Ġunju li għadda.
//= $special ?>