Raġel ta’ 34 sena residenti l-Fgura qed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi gravi wara inċident bir-rota.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19.20 tal-Ġimgħa fejn il-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Buqana fir-Rabat.
Minnufih, il-Pulizija tad-distrett marru fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru jidher li ċ-ċiklist kellu impatt ma’ bollard u sofra xi ġrieħi.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>