Għall-ħabta tas-18:45 tal-Ġimgħa , fi Triq Mungur fl-Għarb żviluppaw nirien f’garaxx.
Jidher li fl-istess ħin kienu għaddejjin pulizija mit-triq u raw daħna ħierġa minn garaxx. Huma minnufih talbu l-għajnuna tas-CPD li ġew fuq il-post u kkontrollaw in-nirien. Ir-residenti li kienu fi djarhom fil-viċin, fortunatament ħelsuha ħafif wara li ħarġu minn djarhom.
Skont informazzjoni, jidher li n-nar żviluppa minn ħsara f’apparat.
//= $special ?>