Formula 1 Sport

Hamilton se jibda l-Grand Prix ta’ Steiermark fuq quddiem b’wirja mill-aqwa fil-provi uffiċjali

(Ritratt: The Telegraph)

Lewis Hamilton se jibda l-Grand Prix ta’ Steiermark fuq quddiem wara li għamel l-aktar ħin veloċi ta’ 1:19.273, f’sessjoni li bdiet aktar tard mis-soltu minħabba x-xita kontinwa li niżlet fuq iċ-ċirkwit ta’ Red Bull Ring. Il-Britanniku saħansitra tejjeb l-aħjar ħin fl-aħħar dawra u rnexxielu jtemm b’vantaġġ ta’ aktar minn sekonda. B’dan ir-riżultat, Hamilton sar l-ewwel sewwieq fl-istorja li kiseb tal-anqas pole position f’14-il staġun differenti.

Max Verstappen se jibda mill-ewwel filliera għal Red Bull segwit minn Carlos Sainz ta’ McLaren u Valtteri Bottas ta’ Mercedes. Esteban Ocon ta’ Renault, Lando Norris ta’ McLaren, Alexander Albon ta’ Red Bull, Pierre Gasly ta’ AlphaTauri, Daniel Ricciardo ta’ Renault u Sebastian Vettel ta’ Ferrari komplew l-ewwel għaxra. Diżappunt għal Charles Leclerc li ġie eliminat fit-tieni fażi u kklassifika fil-11-il post. Il-Grand Prix ta’ għada tibda fit-3.10pm.

Kif se jibdew: 1. Lewis Hamilton (1:19.273), 2. Max Verstappen (+1.216), 3. Carlos Sainz (+1.398), 4. Valtteri Bottas (+1.428), 5. Esteban Ocon (+1.649), 6. Lando Norris (+1.652), 7. Alexander Albon (+1.738), 8. Pierre Gasly (+1.755), 9. Daniel Ricciardo (+1.919), 10. Sebastian Vettel (+2.378)

Eliminati fit-tieni fażi: 11. Charles Leclerc, 12. George Russell, 13. Lance Stroll, 14. Daniil Kvyat, 15. Kevin Magnussen

Eliminati fl-ewwel fażi: 16. Kimi Raikkonen, 17. Sergio Perez, 18. Nicholas Latifi, 19. Antonio Giovinazzi, 20. Romain Grosjean