Il-Pulizija f’Belgrad tefgħat il-gass tad-dmugħ lejn numru ta’ demostranti li ppruvaw jidħlu fil-Parlament Serbjan.
Mijiet ta’ persuni provaw jidħlu fil-parlament Serbjan hekk kif għaddejjin protesti ta’ kontra l-President tas-Serbja, Aleksandar Vucic.
Il-pulizija fetħu l-gass tad-dmugħ fuq il-protestanti li provaw jidħlu nhar il-Ġimgħa waqt ir-raba’ lejl ta’ protesti hekk kif qed iħossu li qed jiżdiedu b’mod drastikament il-liġijiet fil-pajjiż. Dan wara li ħarġet projbizzjoni ta’ laqgħat tal-massa biex kemm jista’ ikun ma jinferix il-virus.
Id-dimostranti bdew iwaddbu fliexken, ġebel u murtali lejn il-pulizija li kien hemm għassa mal-bini tal-parlament fiċ-ċentru ta’ Belgrad.
Wara dan l-attakk, il-pulizija bdew jipprovaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni u jressqu lura d-dimostranti biex ma jirenxxilhomx jidħlu fil-binja. Madanakollu, dan l-attentat ma rnexxi u kellhom jużaw il-gass tad-dmugh.
Numru ta’ persuni ġew arrestati filwaqt li għadd ta’ ġurnalisti sofrew xi ġrieħi minħabba l-attakki tad-dimostranti.
Numru ta’ Membri Parlamentari qalu li dawn il-protesti qed isiru minn persuni li għandhom twemmin lemin estrem, bl-għan li joħolqu kaos fil-kapitali u l-pajjiż.
Vucic esprima t-tħassib tiegħu fejn qal li mhux jinkwieta li jitlef il-poter politiku la darba jassigura li jikkontrolla t-tixried tal-Covid. Hu talab lin-nies biex kemm jista’ jkun jibqaw ġejja u jevitaw postijiet tal-massa hekk kif l-ammont tal-virus iktar ma jmur iktar qed jiżdied b’mod drastiku.
Fl-aħħar 24 siegħa l-pajjiż irreġistra 386 każ ġdid ta’ coronavirus filwaqt li kien imħabbar l-għola numru ta’ mewt f’ġurnata, dak ta’ 18-il persuna.
//= $special ?>