Charles Leclerc se jibda l-Grand Prix ta’ Steiermark fl-14-il post wara li ngħata penalità ta’ tliet postijiet. Is-sewwieq ta’ Ferrari temm il-provi uffiċjali fil-11-il post u b’hekk se jkun George Russell ta’ Williams li se jibda minn din il-pożizzjoni, b’Lance Stroll u Daniil Kvyat ukoll kisbu post għas-spejjeż ta’ Leclerc.
Is-sewwieq minn Monaco ġie investigat mill-istewards u nstab ħati li ostakola lil Daniil Kvyat fil-kantunieri disgħa u għaxra. Fl-istqarrija tiegħu, Leclerc qal li kien impossibbli għalih biex jara mill-mera minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.