Futbol Sport

Sterling jispikka f’rebħa kbira oħra għal Manchester City

(Ritratt: EPA)

Manchester City ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Brighton 5-0. Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva li City kisbu b’dan l-iskor. Spikka Raheem Sterling li skorja tripletta.

L-Ingliż fetaħ l-iskor fil-21 minuta b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa, b’Gabriel Jesus jirdoppja mill-qrib fl-44 minuta. Sterling għamilhom tlieta fit-53 minuta b’daqqa ta’ ras wara kross ta’ Mahrez u Bernardo Silva skorja r-raba’ gowl tliet minuti wara, kawża ta’ żball ta’ Matthew Ryan. Sterling għaqqad it-tripletta fil-81 minuta b’gowl pjuttost fortunat.