Doppjetta ta’ David McGoldrick għenet lil Sheffield United biex jiksbu rebħa fondamentali ta’ 3-0 kontra Chelsea fi Bramall Lane. B’din ir-rebħa, Sheffield United telgħu fis-sitt post fil-Premier League, f’dik li kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva f’darhom filwaqt li Chelsea jistgħu jitilfu posthom mal-ewwel erbgħa.
McGoldrick fetaħ l-iskor fit-18-il minuta meta skorja minn rebound wara li Kepa Arrizabalaga salva parzjalment xutt mill-ewwel ta’ Oliver McBurnie. L-istess McBurnie rdoppja fit-33 minuta wara kross ta’ Enda Stevens. Chelsea żiedu l-pressjoni fit-tieni taqsima biex jidħlu fil-logħba, iżda Sheffield United għalqu l-logħba fis-77 minuta meta McGoldrick għaqqad id-doppjetta wara żball ta’ Antonio Rüdiger.
//= $special ?>