Venezja qed tagħmel testijiet ta’ 78 barrieri inflatable biex jipproteġu l-belt minn għargħar li hemm biża’ li jerġa’ jolqothom għal darb’oħra.
Il-proġett, li ġie jiswa’ kważi sitt biljun ewro, ilu jiġi pospost mill-2011 iżda issa qed jittamaw li jkun lest sas-sena d-dieħla. Il-barrieri mistennija jipproteġu lill-Belt minn mewġ għoli sa’ tliet metri.
Minkejja li dan il-proġett se jkun qed jipproteġi ‘l biċċa ‘il kbira ta’ Venezja, ambjentalisti xorta waħda qed jibżaw li mhux se jkun qed jipproteġi l-ekoloġija fraġli tal-lagun.
F’Novembru tas-sena l-oħra, Venezja kienet sofriet l-agħar għargħar fl-aħħar 50 sena, bil-ħsara li sofriet il-belt kapaċi titla’ għal biljun ewro. Il-mewġ kien għoli 1.87 metru.
//= $special ?>