Formula 1 Sport

AĠĠORNATA: Renault bi protest kontra Racing Point

L-FIA tqis il-protest bħala ammissibli u se jkunu qed jagħmlu aktar investigazzjonijiet fuq il-karozzi ta’ Mercedes u Racing Point. Wara t-tellieqa fl-Awstrija, Renault fetħu protest kontra Racing Point dwar allegatament illegalitajiet fil-karozza ta’ Racing Point.

Numru ta’ timijiet huma urtati minħabba xebħ bejn il-karozza ta’ Mercedes u dik ta’ Racing Point, bil-prinċipal tat-tim jibqa’ jiddefendi l-karozza tiegħu.

Renault qed jallegaw li Racing Point qed jużaw sistema’ fil-karozza tagħhom li ma kinitx maħduma minnhom stess. L-istewards tat-tellieqa se jkun qed jinvestigaw dan il-protest qabel ma tittieħed deċiżjoni.