Lokali

Diskors partiġġjan minflok indirizza l-ħafna domandi dwar id-deal tal-Vitals

Minkejja li aktar kmieni din il-Ġimgħa l-Awditur Ġenerali kkundanna il-Gvern kollu ta’ Abela minħabba li ħareġ li l-Kabinett Laburista kien jaf id-dettalji tad-deal skandaluz li l-Gvern ghamel mal-Vitals Global Healthcare biex jinbieghu tliet sptarijiet pubblici, il-Prim Ministru Robert Abela waqt attivita’ politika il-Ħadd filgħodu għażel li ma jitkellimx fuq hekk.

Il-Prim Ministru, waqt l-istess ativita’ għażel li jfaħħar  il-Fitch Rating iżda ma semmhiex li din l-aġenzija tal-credit ratings qed tbassar li fix-xhur li ġejjin Malta se tkun qed taffaċċja riskju kbir għas-settur tat-turiżmu, fejn l-istess settur se jbati jew saħansitra jfalli jekk ma jittieħdux l-azzjonijiet neċessarji u xierqa. Dan b’referenza għad-daqqa tal-imxija, li qed tkompli taffetwa t-turiżmu globali.

Fitch qalet li jeżisti riskju ieħor li huwa żieda persistenti fid-dejn tal-Gvern. Infatti ċifri uffiċjali maħruġa mill-NSO tul din il-ġimgħa juru li fl-ewwel kwart tas-sena l-iżbilanċ fil-finanzi tal-Gvern kien jammonta għal €336 miljun. U d-dejn tela’ għal 6 biljuni.

Minn naħa l-oħra, ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea li kien maħruġ ukoll din il-Ġimgħa juri li d-daqqa fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna bdiet qabel l-effetti tal-Pandemija.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll kif ser ikun diffiċli għal Malta biex iġġib pakkett ta’ għajnuna raġjonevoli mill-Unjoni Ewropea dan meta il-ġimgħa d-dieħla ser ikun Summit tal-Unjoni Ewropea li matulu ser jinħarġu recovery plan għall-pandemija tal-Covid-19 kif ukoll Baġit plan.

L-aħħar Gvern Nazzjonalista kien irnexxilu iġib baġit ta’ 1.2 biljun ewro u għalhekk huma ħafna negozji u indiviwdi li qed jisperaw li l-Gvern Laburista jġib abġit saħansitra akbar min hekk.

Intant, fi stqarrija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li l-Gvern preżentament għadu qed ifittex il-‘Memorandum of Understanding’, iħallas kwart ta’ miljun kuljum u jitlef 98 miljun ewro mill-Electrogas.