NAPLI- Milan baqgħu mexjin bil-mixja pożittiva meta fi Stadio San Paolo ġew draw 2-2 kontra Napoli. Milan fetħu l-iskor wara 20 minuta b’gowl mill-isbaħ ta’ TEHO HERNANDEZ wara li rċieva mingħand Rebic. Napoli ġabu d-draw fl-34 minuta meta Donnarumma naqas milli jżomm il-cross ta’ Insigne b’ DI LORNEZO japrofitta u jixħet ġewwa mill-viċin.
Fit-tieni taqsima Napoli dehru aħjar u mas-siegħa logħob marru fil-vantaġġ permezz ta’ DRIES MERTENS wara li rċieva b’mod intelliġenti mingħand Callejon. Milan ingħataw penalty dubjuż fil-71 minuta li minnu FRANCK KESSIE ġab l-iskor indaqs. Milan sfaw jilagħbu b’għaxar plejers lejn it-tmiem wara li Saelemaekers ġie muri t-tieni karta safra.
Serie A
Illejla: Genoa v Spal 2-0, Cagliari v Lecce 0-0, Fiorentina v Verona 1-1, Parma v Bologna 2-2, Udinese v Sampdoria 1-3, Napoli v Milan 2-2, Għada: Inter v Torino 9.45pm