Coronavirus Lokali Saħħa

Ebda każi ġodda: il-każi attivi ta’ Covid-19 jinżlu għal 5

Ebda każi ġodda ta’ Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. Dan wara 741 swab test li saru matul l-istess żmien.

Żewġ persuni oħra fiequ mill-Coronavirus biex issa, in-numru ta’ każi attivi hu ta’ ħames persuni.

Minn informazzjoni maħruġa fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa, b’kollox saru iktar minn 107,000 swab test minn mindu feġġ l-ewwel każ f’pajjiżna fil-bidu ta’ Marzua li għadda.

Skont diversi esperti, jidher li bhalissa r-rata ta’ trazmissjoni tal-virus f’pajjizna hi fil-livell ta’ 0.35 hekk kif f’gimgha kellna biss zewg kazi godda.

Intant…minn nhar il-Erbgha se jiftah kompletament l-ajruport, b’zieda ta’ 28 rotta li minnhom jistghu jigu t-turisti.

Dawn jinkludu r-Renju Unit, il-Belgju, il-Bulgaria, l-Olanda, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, il-Korea t’Isfel, Andorra, Monaco, San Marino, il-Portugall, it-Turkija il-Gappun u anke c-Cina…fejn il-virus qed jerga’ jgholli rasu.