Lokali

Elf jum mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Illum jaħbat l-elf jum minn meta l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia inqatlet permezz ta’ karozza bomba ftit ‘il bogħod mir-residenza tagħha.

Fi stqarrija, l-għaqda Repubblika ittenni l-impenn tagħha biex toħroġ il-verita’ sħiħa dwar dan il-qtil u biex issir ġustizzja.

“Inġeddu l-impenn tagħna favur dak kollu li Daphne Caruana Galizia ħadmet għalih u li minħabba fih spiċċat maqtula, inkluż l-onesta’, l-imġieba xierqa u l-kontabilita’ fil-ħajja pubblika”, tkompli l-istqarrija.

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed jidher li Daphne Caruana Galizia kellha raġun meta, kultant anke waħedha, uriet li pajjiżna qed jinħakem mill-korruzzjoni.

L-istqarrija ttemm b’rikonoxximent għall-konribut uniku li tat Daphne Caruana Galizia favur pajjiżna. Repubblika ttenni lill-korrotti kollha li ma renexxilhomx iwaqqfuha għax Repubblika se tkompli dak li bdiet Daphne.