Augusto Caseres sar plejer ġdid ta’ Gudja United fejn ingħaqad magħhom b’self sat-tmiem l-istaġun mingħand Floriana. L-attakkant ta’ 22 sena wasal f’pajjiżna fl-2018 u dakinhar issieħeb ma’ Senglea Athletic qabel ma ngħaqad ma’ Floriana fejn lagħab biss 11 –il partita u skorja gowl.
Gudja laħqu ftehim ma’ Hibernians biex Wincheseter Rundell Renold jissieħeb mat-tim minn Raħal Ġdid. Winchester lagħab 19 –il partita fejn skorja 5 gowls ma’ Gudja United.
//= $special ?>