Professur tal-liġi, residenti f’Beijing, li ilu żmien magħruf bħala kritiku qalil tal-President Ċiniż, Xi Jinping u tal-Partit Komunista taċ-Ċina, ingħata lura l-libertà wara perjodu ta’ detenzjoni li dam għal sitt ijiem.
Xu Zhangrun, professur li jispeċjalizza fil-liġi kostituzzjonali mal-Università ta’ Tsinghua, fil-preżent għadu qd jinżamm taħt sorveljanza fid-dar tiegħu u meta – skont il-ħbieb tiegħu li ma kenux identifikati – ‘mhux qed ikun permess li jitkellem dwar dak li għadda minnu’. Id-dipartiment tal-media tal-pulizija f’Beijing mhux qed iwieġeb għall-mistoqsijiet dwar ‘is-sitwazzjoni tal-professur’.
Xu Zhangrun sar magħruf wara li kkundanna t-tneħħija tal-limitu għall-mandati ta’ poter għal mexxej taċ-Ċina — u li qed tippermetti biex Xi Jinping jibqa’ President anki ladarba jiskadilu t-tieni t-terminu (attwali). Intant, magħruf li, bħallum, ġimgħa, xi 20 pulizija kienu ħarġu lill-professur mid-dar tiegħu fost tfittxija intensiva fir-residenza u fejn l-uffiċjali anki konfiskawlu l-kompjuter.
Jidher li l-pulizija infurmaw lill-mara tal-professur li kienu qed iżommuh arrestat ‘talli qabduh qed ifittex is-servizzi ta’ prostituta’ iżda wħud mill-ħbieb ta’ Xu Zhangrun fissru din l-allegazzjoni bħala defamazzjoni u malafama.
Il-professur inkwistjoni hu magħruf ukoll bħala difensur tal-libertà tal-espressjoni u anki kien kiteb artiklu prominenti dwarha. Hu fl-istess ħin qed jakkuża lil Xi Jinping b’li qed jipprova jintroduċi mill-ġdid ir-Rivoluzzjoni Kulturali fiċ-Ċina, li fl-aħħar snin implimentat politika riġida kontra d-dissens minbarra li żiedet l-istrumenti għaċ-ċensura madwar il-pajjiż.
//= $special ?>