Lokali

Indjan jinstab mejjet f’Birżebbuġa

Indjan ta’ 32 sena residenti Ħaż Żabbar , instab bla ħajja mal-ixtajta tal-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa.

Kelliema għall-Pulizija li tkellmu ma’ Net News spjegaw li mill-ewwel indikazzjonijiet għal xi raġuni l-vittma waqa’ fil-baħar u ttellgħa l-art għall-ħabta tas-6.30 tal-Ħadd filgħodu minn xi sajjieda.

Fuq il-post ġew msejħa uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanza madanakollu r-raġel ġie ċertifikat mejjet fuq il-post.

Filwaqt li għaddejja inkjesta maġisterjali, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.