Festi Għawdex Knisja Kultura Kunsilli Lokali Mużika

Innu ġdid lill-Madonna tas-Sokkors irrekkordjat b’mod virtwali

Il-Kerċmin jiċċelebraw festa b'differenza iżda waħda storika li tlaqqa' liż-2 Patruni f'Purċissjoni waħda

Innu reliġjuż ġdid bl-isem ta’ ‘Ommna tas-Sokkors, Reġina tas-Smewwiet’, mużika ta’ Ray Sciberras fuq versi ta’ Francesco Pio Attard, iżżanżan u ġie rrekkordjat b’mod virtwali bil-banda u l-vuċi mill-Għaqda Mużikali San Girgor ta’ Kerċem.

Matul ix-xahar ta’ Mejju, il-każin kien magħluq għall-bandisti tal-Għaqda iżda dawn impenjaw lilhom infushom mal-għalliema sabiex dan l-innu jiġi rrekordjat b’mod individwali mid-dar.

Mal-banda ngħaqad il-kor tat-tfal “Madonna tas-Sokkors” tal-parroċċa Kerċmija sabiex permezz ta’ filmat li sar bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Kerċem, dan jintwera fil-jiem tal-festa fuq il-mezzi soċjali.

Intant, il-Ħadd filgħaxija sar pellegrinaġġ b’differenza imma storiku biż-żewġ Vari Titulari tal-Madonna tas-Sokkors u ta’ San Girgor bħala ringrazzjament lilhom talli ħarsien tagħhom waqt il-pandemija.

Ritratt: David Aquilina