Iċ-champion tal-welterwieght Kamaru Usman żamm it-titlu tiegħu meta f’ ‘Fight Island’ f’Abu Dhabi għeleb lil Jorge Masvidal fi ġlieda valida minn UFC 251. L-iżola ta’ Yas f’Abu Dhabi nbidlet f’żona fejn se tkun qed tospità l-ġlied kollha tal-UFC għax-xahar ta’ Lulju.
Usman għeleb lil Masvidal, 50-45 50-45 49-46 fi ġlieda mingħajr partitarji. Iż-żona fejn qiegħed ikun hemm il-ġellieda u l-membri tat-tim tal-ġellieda hija waħa iżolata bħala prekawzzjoni minħabba l-pandemija tal-coronavirus.
Fil-partita l-oħra li kien hemm matul il-lejl li għadda, Alexander Volkanovski żamm it-titlu featherweight meta fi ġlieda bilanċjata għeleb lil Max Holloway. Petr Yan rebaħ b’mod konvinċneti l-ġlieda għat-titlu bantamweight konta Jose Aldo.
//= $special ?>