Valdo Gonclaves Alhinho ffirma ma’ Lija Athletic wara numru ta’ esperjenzi fil-Kampjonat Premier ma’ Sliema Wanderes, Floriana, Valletta u Ħamrun Spartans.
Lura fl-14 ta’ Ġunju l-paġna ta’ Replay ikkonfermat li Alhinho ma kienx se jibqa’ ma’ Ħamrun. Fl-aħħar jiem, Lija Athletic ikkonfermaw ukoll liż-żagħżugħ Gianluca Zammit għal staġun ieħor kif ukoll ħabbru li laħqu ftehim biex il-midfielder Clifford Gauci jtemm l-esperjenza tiegħu mal-klabb neo-promoss.
//= $special ?>