Fit-tieni Grand Prix fl-Awstrija fiċ-ċirkwit ta’ Steiermark, Lewis Hamilton iddomina t-tellieqa mill-bidu wara li beda mill-Pole Position u ħlief f’mumenti fit-tellieqa baqa’ dejjem jokkupa l-ewwel post. It-tieni daħal sieħbu fuq Mercedes Valtteri Bottas li wara dwell interessanti ma’ Max Verstappen ta’ Red Bull rnexxielu jaqbżu fit-68 dawra.
Max Verstappen temm fit-tielet post biex kiseb l-ewwel podju tal-istaġun b’sieħbu fit-tim Alxander Albon itemm fir-raba’ post. Fl-aħħar dawra Lando Norris wettaq l-impossibli u għeleb l-isfida ta’ Sergio Perez u Lance Stroll biex temm fil-ħames post.
Daniel Ricciardo ta’ Renault u Carlos Sainz ta’ Mc Laren temmew fit-tmien u d-disa’ post ripsettivament, b’Daniil Kvyat jirnexxielu jidħol mal-ewwel għaxra.
Ferrari wettqu bidu diżastruż meta mal-ewwel kantuniera ż-żewġ sewwieqa ta’ Ferrari Charles Leclerc u Sebastian Vettel dehru li għamlu kuntatt ma’ xulxin biż-żewġ sewwieqa jkollhom jirtiraw wara l-ħsarat li ġarrbu kawża tal-impatt.
Kif spiċċaw: 1. L. Hamilton1.22.50, 2. V. Bottas +13.719, 3. M. Verstappen +33.698, 4. A. Albon +44.400, 5. L. Norris +61.470, 6. S. Perez +62.387, 7. L. Stroll +62.453, 8. D.Ricciardo +62.591, 9. C. Sainz +dawra, 10. D. Kvyat +dawra, 11. K. Räikkönen +dawra, 12. K. Magnussen +dawra, 13. R. Grosjean +dawra, 14. A.Giovinazzi +dawra, 15. P. Gasly +dawra, 16. G. Russell +2 dawriet, 17. N. Latifi +2 dawriet, Ma spiċċawx: E. Ocon, C. Leclerc, S. Vettel
//= $special ?>