UDINE- Sampdoria kisbu tliet punti importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta għelbu lil Udinese 3-1. Udinese fetħu l-iskor l-iskor fis-37 minuta permez tas-solitu KEVIN LASAGNA. Sampdoria ġabu d-draw fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima permezz ta’ FABIO QUAGLIARELLA. Sampdoria dwaru telfa f’rebħa fis-86 minuta permezz ta’ gowl mill-isbaħ ta’ BONAZZOLI. Udinese ħasbu li ġabu d-draw minuta wara bil-gowl ta’ Nuytinck ikun mħassar bil-VAR. It-tim ta’ Claudio Ranieri ssiġilla r-rebħa fl-94 minuta permezz ta’ GABBIADINI.
PARMA- Bologna u Parma temmew fi draw ta’ 2-2 f’partita bejn żewġ timijiet li qegħdin iħarsu li jiksbu post fl-Ewropa. Bologna fetħu l-iskor wara biss tliet minuti b’daqqa ta’ ras ta’ DANILO. ROBERTO SORIANO rdoppja mal-kwarta logħhob b’xutt minbarra l-kaxxa. Parma kisbu d-draw b’żewġ gowl fid-90 minuta permezz ta’ KURTIC u INGLESE.
FIRENZE – Fiorentina komplew jiddiżappuntaw dan l-istaġun meta f’darhom ġew draw kontra Verona, tim li qiegħed jaspira li jikseb post fl-Ewropa. Verona fetħu l-iskor fit-18 –il minuta b’gowl akorbatiku ta’ MARCO DAVIDE FARAONI. Fiorentina ġabu d-draw lejn it-tmiem permezz ta’ PATRICK CUTRONE.
CAGLIARI – Lecce kisbu punt li jista’ jkun vitali għalihom fil-ġlieda kontra r-relgazzjoni meta barra minn darhom ġew draw ta’ 0-0 kontra Cagliari li min naħa tagħhom ħadu daqqa t-tamiet li jiksbu post fl-Ewropa.
//= $special ?>