Futbol Sport

SPAL aktar viċin li jiġu relegati

(Ritratt: EPA)

ĠENOVA – F’partita diretta, Genoa għelbu lil SPAL 2-0 biex b’hekk komplew jiżdiedu t-tamiet ta’ salvazzjoni għal Genoa filwaqt li għal SPAL is-sitwazzjoni kompliet tipperikola ruħha hekk kif jinsabu eqreb li jiġu relegati.

Genoa marru fil-vantaġġ fl-24 minuta permezz ta’ GORAN PANDEV wara azzjoni minn Iago Flaque. Falque kellu ċans li jirdoppja ftit wara iżda ra l-penalty tiegħu jiġi salvat minn Mattia Perin. Genoa rduppjaw għaxar minuti minn ftuħ it-tieni taqsima bi freekick mill-isbaħ ta’ LASSE SCHOENE biex aċċerta minn tliet punti importanti għal Genoa.