Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Lara van Ruijven, champion tal-ice skating fl-età ta’ 27 sena. van Ruijven tilfet il-battalja tagħha ma’ problema li kellha fl-immunità. Ix-xahar li għadda van Ruijven iddaħlet l-isptar wara li ħassitha ma’ tiflaħx waqt it-taħriġ.
Il-kowċ tagħha, Jeroen Otter qal li n-nuqqas ta’ van Ruijven se jkun qiegħed jinħass filwaqt li d-Direttur tal-Federazzjoni Olandiża tal-ice skating wera solidarjetà mal-qraba u l-ħbieb ta’ van Ruijven. Lara van Ruijven rebħet it-titlu tal-500m fiċ-Championships tad-Dinja f’Sofija s-sena l-oħra u il-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2018.
//= $special ?>