Fit-Tottenham Hotspur Stadium, Tottenham għelbu lil Arsenal 2-1 f’waħda mid-derbies ta’ Londra. F’partita mimlija azzjonijiet, Tottenham ħolqu l-aħjar opportunitajiet ta’ gowl u kien il-gowlkiper ta’ Arseanal Emiliano Martinez li ċaħħad lil Tottenham f’bosta okkażjonijiet. Arsenal bdew tajjeb u fetħu l-iskor fis-16 –il minuta b’xutt b’saħħtu minbarra l-kaxxa ta’ LACAZETTE. Arsenal ma damux igawdu l-vantaġġ u HEUNG-MIN SON aprofitta minn żball fid-difiża ta’ Arsenal.
It-tim ta’ José Mourinho seta’ mar fil-vantaġġ ftit tal-ħin wara meta x-xutt ta’ Ben Davies mid-distanza ħabat mal-lasta. Mas-siegħa logħob Arsenal setgħu marru fil-vantaġġ meta x-xutt ta’ Aubameyang stampa mal-mimduda. Tottenham marru fil-vantaġġ u aċċertaw mit-tliet punti fil-81 minuta meta minn corner ta’ Son kien TOBY ALDERWEIRELD li għeleb lil Martinez.
//= $special ?>