Brian Galea kien ir-rebbieħ overall tal-ħames stadju tat-turnament MSSF Trap li kien organizzat fix-Shooting Range Nazzjonali.
Ma’ Galea fuq il-podju kien hemm l-atleta Nico Sciberras u James Galea Jr. li temmew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
B’kollox ikkompetew 37 tiratur f’din il-kompetizzjoni u bosta tiraturi kisbu putni ogħljin. Il-punti tas-sitt finalisti kienu: Brian Galea 49/50, Nico Sciverras 47/50, James Galea Jr. 47/50, Emmanuel Zammit 47/50, Nazzareno Attard 46,50 u Stephen Vella 46,50.
Ir-riżultati finali: 1 Brian Galea 40/50 +2, 2 Nico Sciberras 40/50 +1, 3 James Galea Jr. 34/40, 4 Emmanuel Zammit 30/35, 5 Stephen Vella 24/30, 6 Nazzareno Attard 18/25
Il-Programm MSSF Trap ikompli nhar is-Sibt u l-Ħadd fix-Shooting Range Nazzjonali bl-MSSF Trap Grand Prix.