Lejn l-ahhar ta’ dan ix-xahar, 37 wirja ta’ loghob tan-nar se jixghelu s-smewwiet f’erba’ iljieli Sajfin…għad-19 il-edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar.
Fil-festival se jipparteċipaw sitt kumplessi tan-nar barranin li gejjin mill-Ingilterra, Franza, l-Ukrajna, l-Iżvizzera u l-Italja. Flimkien ma’ dawn se tieħu sehem il-kamra tan-nar ta’ Sant’Andrija ta’ Ħal-Luqa, li hija l-unika ghaqda lokali li hija fil-lista tal-partecipanti.
Dan il-festival pirotekniku sar avveniment stabbilit fil-kalendarju annwali … mistenni mid-dilettanti tan-nar lokali u anke mill-barranin – festival li ilu jigi prezentat mill-bidu tal-millenju u li tul is-snin …hafna drabi kien marbut mac-celebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju; celebrazzjonijiet li din is-sena ma setghux isiru minhabba l-pandemija.
L-ewwel wirja tal-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar se tkun il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju fix-Xagħra, Għawdex….bil-bqija tal-programm ikompli Malta; it-Tnejn 27 u l-Erbgħa 29 ta’ Lulju fl-Imqabba.
Il-wirja finali se tkun fil-Port il-Kbir nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu. Intant, thabbar ukoll li s-sena d-dieħla se jsir f’Malta is-Simpożju Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar.