Lokali Parlament

Għandha tintemm l-inċertezza madwar il-ħatra tal-President ta’Malta

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici appella biex tkun eliminata l-inċertezza madwar il-ħatra ta’ Presidet ta’ Malta.

Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici appella biex ikun hemm qbil bejn il-gvern u l-oppożizzjoni dwar il-ħatra ta’ President ta’ Malta u spjega kif kull President irnexxielu jkun president tal-istat billi inqala’ mill-politika partiġġjana.

Filwaqt lispjega kif il-PN appoġġja lill-gvern fuq il-ħatriet ta’ Marie Louise Coleiro Preca u George Vella, id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jidħol ukoll il-kunċett taż-żewġ terzi fit-tneħħija ta’ President mill-kariga. Jeħtieġ li tintemm l-inċertezza fl-għażla tal-kandidat kif ull fid-durtata tiegħu bħala President.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwa ris-sitrwazzjoni ‘pajjiżi barranin u qal li dawn is-soluzzjonijiet ma japplikawx għal Malat għaliex f’pajjiżi barranin hemm oppożizzjoni mgaħmula minn numru ta’ partiti politiċi.

Fl-aħħar seba’ snin il-gvern m’għamel xejn dwar dawn il-bidliet, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-PN qed juri pass kuraġġjuż meta japproġġja lill-gvern fin-nomini għaliex il-PL dejjem għażel President ta’ Malta mill-kamp Laburista. Dan isir għaliex il-PL jibża mill-kritika tal-partitarji Laburisti.

Dwar ċirkostanzi ta’ mġieba ħażina mill-President. Mifsud Bonnici qal li m’għandux ikun aċċettat li din issir għaliex il-Presient għadu jkollu fih il-prinċipji ta’ etika.