Beppe Fenech Adami, PN
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna li l-bejgħ tal-passaporti għamel ħsara indiskussa lir-reputazzjoni tal-pajjiż.
Fil-parlament hu qal seba’ snin ilu l-PL rebaħ b’din l-idea; partit li għamel il-flus l-alla ta’ kollox u li għal-flus l-pajjiż lest jagħmel kollox anki se iksser ir-reputazzjoni.
Il-PN kellu raġun meta qal li din kienet skema li se tiġġenera l-miljuni iżda l-proċess, sostna Fenech Adami, li fakkar kemm il-gvern Laburist kien jgħid li artisti kbar kien se jisr Malta.
Il-gvern kien qal li se jattira lejn Mata l-aqwa niexs. Il-pajjiżi tal-UE ma jgħmlux bħal Malta, sostna Fenech Adami, li kompla li l-iskema tal-IPP kellha tattira sportivi kbar jew artisti iżda spiċċat attirat biss persuni minn diversi baranin li m’għandhomx l-aqwa reputazzjoni internazzjonali.
Il-PN kien appella lill-gvern Laburista ma jagħmilx skema li dawret l-attenzjoni tad-dinja fuq Malta għar-raġunijiet ħżiena kollha. L-importanti għall-gvern kien li jdaħħal il-miljuni għax ibigħ passaport. Mata ħallest prezz ogħli ħafna.
Id-deputat Nazzjonalista qal li ħafna minn dawk li xtraw il-passaporti lil kriminali inkluż Russu li xtara ċ-ċittadinanza li hu arrestat fl-Ingilterra fejn għadu kawża kontrih ta’ 1.3 biljun Dollaru. Fl-2018 il-gvern Amerikan inkludih fil-lista kriminali ta’ sinjuri Russi li għandhomrabtiet kbar mal-Presient Putin.
Hemm ukoll każ ta’ biljunarju Ċiniż li meta applika għaċ-ċittadinanza kera appartament fin-Naxxar u għadu akkuża li evada 1.8 biljun Dollaru f’tariffi tal-aluminium.
Każ ieħor hu ta’ Russu li xtara ħafna propjetajiet fil-Fillandja fejn sarulu raids kontinwi fuq attivitatjiet illegali fejn parti sostanzjali mill-propjetà kienet kkonfiskata.
Hu semma’ wkoll każ taż ċittadin ieħor Eġizzjan li wara li suppost sar id-due diligence kien arrestat fl-Istati Uniti fejn ammetta reati kriminali meta nganna investituri, Hu kellu l-possbbiltà li jeħel 125 sena ħabs fl-Istati Uniti tal-Amerika.
Hemm ukoll każ ta’ Lhudi ta’ 61 sena li kien f’negozju ma’ Russu u għandu diversi kumpaniji tal-hacking tat-telefonati u ta’ spjunaġġ fuq gvernijiet oħra. Dan hu l-legat tal-iskem atal-IIP; proġett li ħammar wiċċ Malta mad-dinja kollha.
Beppe Fenech Adami qal l Jospeh Muscat kien veru salesman għax biegħ l-ipstarijiet u setturi oħra inkluż iċ-ċittadinanza. Keith Schembri minn Kastilja kien il-moħħ li fiha hu qala;’ eluf kar ta’ ewros. Jirriżulta li għal erba passaporti Keith Schembri daħal €100,000, li rċeviehom f’kont li kellu fil-Pilatus Bank. Dawn il-flus għaddew min kumpanija ta’ Brian Tonna fejn irrendew €150,000 ninn bejgħ ta’ tliet passaporti biss.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-pajjiż ikollu skemi li jattiraw l-investiment lejn il-passaporti iżda li ma jkun bħall-iskema tal-IIP.
//= $special ?>