Ekonomija Lokali Parlament

Il-Gvern baqa’ ma weġibx dwar il-fondi li kellhom jingħataw tul l-eqqel tal-Covid

Il-Gvern baqa’ ma weġibx dwar il-fondi li kellhom jingħataw tul l-eqqel tal-imxija tal-Coronavirus.

Għall-mistoqsija Parlamentari Silvio Schembri wieġeb biss billi qal li “l-informazzjoni għadha ma nġabritx”, dan wara li l-Viċi Kap tal-PN David Agius staqsa meta se joħorġu l-pagamenti mwiegħda lill-kumpaniji li naqsu l-jiem ta’ xogħol minħabba l-imxija.

Fil-mistoqsija David Agius tenna meta dawn il-kumpaniji se jingħataw il-fondi li kienu mwiegħda wara li minħabba l-pandemija kellhom għall-4 jew 3 ijiem xogħol fil-ġimgħa.

Huwa saqsa wkoll jekk il-kuntratt li għandhom l-istess kumpaniji hux se jerġa’ jiġġedded.

Silvio Schembri iżda baqa’ ma ta l-ebda tweġiba għajr biss li l-informazzjoni għadha ma nġabritx.